Futbol Sport

Rebħiet għal Milan, Roma u Napoli

(Ritratt: EPA)

Milan naqsu id-distakk minn ma’ Inter għal tliet punti b’rebħa ta’ 2-0 fuq Hellas Verona, qabel man-Nerazzuri jilgħabu llum kontra Atalanta. Milan fetħu l-iskor fis-27 minuta bi freekick mill-isbaħ ta’ RADE KRUNIC. It-tieni gowl ta’ Milan li aċċerta mit-tliet punti wasal fil-50 minuta permezz ta’ DIOGO DALOT.

Roma rrispondew għar-rebħa ta’ Juventus meta fi Stadio Olimpico għelbu lil Genoa 1-0. Il-gowl deċiżiv kien skorjat fl-24 permezz ta’ GIANLUCA MANCINI.

Napoli kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Bologna, rebħa li taffiet xi ftit il-pressjoni fuq Rino Gattuso biex issa Napoli telgħu fis-sitt post fil-klassifika b’47 punt u distakk ta’ erba’ punti vantaġġ fuq Lazio. B’Napoli fuq l-offensiva wara biss tmien minuti marru fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Piotr Zielinski bit-takkuna lejn LORENZO INSIGNE li għeleb lil Lukasz Skorupski. Reazzjoni minn Bologna fejn kellhom aktar pussess mill-avversarji b’Politano jkollu gowl imħassar wara żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima. Minkejja dan fil-65 minuta, Napoli rduppjaw. Mill-ġdid assist ta’ Zielinski b’ VICTOR OSIMHEN jgħamel l-iskor 2 – 0 . F’reazzjoni immedjata, fit-73 minuta Bologna naqqsu l-iskor permezz ta’ ROBERTO SORIANO li minn azzjoni ta’ Andreas Skov Olsen għeleb lil Ospina. Risposta minn Napoli li mill-ġdid fetħu vantaġġ doppju b’gowl minn LORENZO INSIGNE għat-3-1.

Draw spettakolari ta’ 3-3 fi Stadio Artemio Franchi bejn Fiorentina u Parma. LUCAS MARTINEZ poġġa lil Fiorentina fil-vantaġġ wara 28 minuta. JURAJ KUCKA ġab l-iskor indaqs fit-32 minuta permezz ta’ penalty b’NIKOLA MILENKOVIC reġa tefa’ lil Viola fil-vantaġġ fit-42 minuta. Parma dawru l-iskor favur tagħhom b’gowls minn JASMIN KURTIC u VALENTIN MIHAILA. Iżda lejn awto-gowl ta’ SIMONE IACOPINI fl-94 minuta salva punt għal Fiorentina.

F’partita li produċiet erba’ gowls, Cagliari u Sampdoria temmew fi draw ta’ 2-2. Wara biss 12 il-minuta, Cagliari marru fil-vantagg. Minn azzjoni ta’ Charalambos Lykogiannis kien JOAO PEDRO li għeleb lil Emil Audero għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. B’Sampdoria jżidu l-pressjoni l-aktar fl-aħħar fażi tal-partita, fit-79 minuta minn pass ta’ Gaston Ramirez kien BARTOSZ BERESZYNSKI li għeleb lil Alessio Cragno. Ebda ċans għal Cagliari biex jirritaljaw tant li fil-81 minuta azzjoni ta’ Fabio Quagliarella b’ MANOLO GABBIADINI jgħeleb lil Cragno għat-2 –1. F’mument meta Sampdoria dehru resqin għal rebħa li kienet tpoġġihom aktar komdi fil-klassifika, fis-sitt minuta ta’ ħin miżjud minn pass ta’ Leonardo Pavoletti kien RADJA NAINGOLLAN li għeleb lil Audero għall-iskor ta’ 2–2.

It-tim tal-qiegħ Crotone kiseb rebħa mpressjonanti ta’ 4-2 fuq Torino. Crotone fetħu l-iskor wara 27 minuta permezz ta’ SIMY. ROLANDO ġab id-draw għal Torino qabel tmiem l-ewwe taqsima. SIMY skorja t-tieni gowl personali fl-54 minuta biex ARKADIUSZ RECA għamilhom 3-1 fit-80 minuta. ANTONIO SANABRIA daħħal lil Torino fil-partita fl-84 minuta biex wara li Torino sfa jilgħabu bi player anqas meta tkeċċa Rincon, kien ADAM OUNAS li għamel l-iskor 4-2 favur Crotone.

SERIE A
Ilbieraħ: Spezia v Benevento 1-1, Udinese v Sassuolo 2-0, Juventus v Lazio 3-1 Illum: Roma v Genoa 1-1, Crotone v Torino 4-2, Fiorentina v Parma 3-3, H.Verona v Milan 0-2, Sampdoria v Cagliari 2-2, Napoli v Bologna 3-1 Għada: Inter v Atalanta 8.45pm