Lokali

Repubblika tistenna li l-Prim Ministru jkeċċi b’mod immedjat lil Johann Buttigieg minn CEO tal-MTA

Wara r-rivelazzjonijiet tal-lum minn The Sunday Times dwar id-dikjarazzjoni tiegħu li kien disponibbli jidħol f’negozju ma’ Yorgen Fenech meta kien CEO tal-Planning Authority, is-Sur Butttigieg m’għandux iservi f’karigi pubbliċi.

Il-Prim Ministru Robert Abela huwa responsabbli li jwaqqaf dan il-ħmieġ, li jiskopri minn kien “ix-Xiħ” li japprova l-proġetti, x’kienu dawn il-proġetti u min kien qed jiggwadanja u li jagħti rendikont lill-poplu.

Mhux biss l-istituzzjonijiet mhumiex jaħdmu, izda dawn huma maħkuma u kontrollati minn qarnita moħbija li qed taħtaf kollox u tipprova tkisser lil min jeqfilha