Żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti ż-Żejtun weġġa gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10.15p.m. fi Triq Louis Wettinger il-Mellieħa meta għal xi raġuni, iż-żagħżugħ, tilef il-kontroll tal-vettura Volkswagen Golf u tela’ fuq ir-roundabout.
Tim mediku wasal fuq il-post u ta l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>