Futbol Sport

Żejtun islavaw punt fl-aħħar minuti b’għaxar plejers

(Ritratt: MFA/Joe Borg)

ŻEJTUN………….1

SIRENS…………..1

Żejtun: C.Cassar, K.Reid, J.Suda (A. Carabott 72’), M.Muniz (G.Bugeja 91’), L.Moreira, H.Marcelino, S.Barboza, V.Vieira, E.Herrera, G.Azzopardi, A.De Barros

Sirens: D.Cassar, L.Bittaye (L.Grech 80’), H.Kone, W.Domoraud, E.Callegari, A.Borg, R.Scicluna, T.Agius (R.Darmanin 91’), M.Bustos, T.Jammeh (R.Grech 62’), T.Espindola.

Referee: G.Tonna

Assistenti referees: J.Spiteri, D.Stankovic

Żejtun irnexxielhom jiksbu punt fl-aħħar minuti kontra Sirens, wara li sfaw jilgħabu bi plejer inqas kmieni fil-partita. L-ewwel azzjoni dejnja ta’ nota għal Sirens waslet fl-erbatax-il minuta meta wara ballun fit-tul Hamed Kone għadda tajjeb fil-kaxxa, bid-difensur Leandro Motta b’diffikultà jdawwar il-ballun f’corner. Fis-26 minuta Żejtun sfaw jilgħabu b’għaxar plejers wara li tkeċċa l-attakant tagħhom Victor Vieira wara inċident mingħajr ballun mad-difensur ta’ Sirens. Madanakollu Żejtun pruvaw xorta waħda jiskorjaw meta l-konklużjoni ta’ Sergio Barboza għaddiet barra mil-lasti ta’ Cassar. Fid-39 minuta il-gowlkiper ta’ Żejtun Christian Cassar, wettaq save tajjeb fuq freekick ta’ Wilfred Domoraud, biex żamm lit-tim tiegħu fil-partita.

Madanakollu Sirens marru fil-vantaġġ fis-60 minuta permezz ta’ ġmiel ta’ free kick minn qagħda ċentrali ta’ HAMED KONE li għeleb lil Cassar għal 1-0.  Żejtun kienu viċin li jiksbu l-gowl tad-draw fit-82 minuta meta minn corner minn fuq ix-xellug, id-daqqa ta’ ras ta’ Lucas Moreira stampat mal-lasta. Il-pressjoni ta’ Żejtun ħalliet l-impatt mixtieq hekk kif fid-90 minuta minn cross minn fuq il-lemin ta’ Edward Herrera, kien KEMAR REID li mill-viċin ma żbaljax, li b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lil Cassar għal 1-1. B’dan id-draw Żejtun baqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni fit-13-il post b’ 24 punt, fejn min-naħa l-oħra Sirens telgħu fid-disa’ pożizzjoni bi 28 punt.