Lokali

Żewġ żgħażagħ fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Bir id-Deheb

Żewġ żgħażagħ ittieħdu l-isptar ilbieraħ filgħaxija wara li kienu involuti f’inċident bil-mutur fiż-Żejtun. Iż-żgħażagħ jinsabu fil-periklu tal-mewt.

L-inċident seħħ fi Triq Bir id-Deheb fis-6pm bejn mutur u karozza.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-mutur kien qed jinstaq minn żagħżugħ Taljan ta’ 25 sena li joqgħod San Ġwann, u miegħu kien hemm riekba żagħżugħa Maltija ta’ 23 sena mill-Għargħur.

Dawn kellhom jittieħdu l-isptar b’emerġenza fejn ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi serji.

Il-karozza kienet misjuqa minn Taljan ukoll, li għandu 27 sena u joqgħod Ħal Luqa. Dan ma kellux bżonn kura medika.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.