Lokali Parlament

Il-parlament ifakkar il-Commonwealth; għodda għall-futur

Il-parlament fakkar il-Commonwealth b’diskorsi mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u d-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, li enfażizza l-importanza li l-Commonwealth ikun għodda għall-futur.

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici tkellem fuq l-importanza tas-sehem tal-mara internazzjonali u fir-rikonoxximent tal-ħidma tan-nisa fil-Commonwealth li hi mmexxija minn mara.

Hu qal li l-Commonwealth hu pass għall-futur u mhux xi ħaġa tal-passat; għalhekk irid ikun ikkunsidrat kif dan ikun rilevanti għal Malta. Hu qal li l-Commonwealth jagħti opportunitajiet minħabba n-numru kbir ta’ pajjiżi li hemm mill-Afrika.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li d-demokrazija u l-governanza t-tnejn kienu żviluppati fil-Commonwealth.