Lokali

Abela jagħżel li ma jikkundannax l-imġieba ta’ Buttiġieg

Il-Prim Ministru Robert Abela għażel li ma jikkundannax l-imġieba tal-eks Chairperson tal-Awtorita tal-Ippjanar Johann Buttiġieg wara dak li kien rrapurtat il-Ħadd mit-Times … dwar ir-rabtiet mill-qrib li Buttiġieg għandu mall-allegat kompliċi fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.

Permezz ta’ messaġġi fuq Whatsapp fl-2019, Buttiġieg li issa hu Kap Eżekuttiv tal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu, esprima rieda li jagħmel negozju ma’ Fenech.

It-Times fil-fatt kixfet il-kontenut ta’ dawn il-messaġġi…iżda Buttiġieg qed jibqa’ jiċħad l-akkużi.

Meta mistoqsi dwar jekk dan kollu hux aċċettabbli, Robert Abela stqarr li l-Kap Eżekuttiv tal-MTA qatt ma għamel negozju ma’ Fenech.

Interessanti l-fatt illi l-istess Robert Abela kien l-avukat tal-Awtorita tal-Ippjanar bejn 2014-2019 meta Buttiġieg kien chairperson.

Ic-chats ta’ whattsapp juru li Buttiġieg iddiskuta b’mod miftuħ negozju ma’ Yorgen Fenech. Johann Buttiġieg laqqa’ wkoll lil Fenech ma’ Adrian Buttigieg.