Lokali Parlament

Appell biex il-ġenituri tal-persuni b’diżabilità jressqu l-proposti dwar uliedhom

F’laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali, l-Oppożizzjoni mhux biss mpenjat ruħha li tħejji l-aġenda fi ħdan l-istess Kumitat imma qed tħeġġeġ  ukoll ġenituri ta’ persuni b’diżabilità biex iressqu l-ideat tagħhom għaż-żmien li ġej.  

Matul il-laqgħa li għaliha kienu preżenti l-Viċi Kap tal-PN David Agius, flimkien mad-Deputati Ivan Bartolo u Maria Deguara, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qajmet u nnutat diversi punti fosthom:

·       In-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-awtiżmu  u għahekk dan jibqa nviżibbli f’pajjiżna.   Għalhekk l-Oppożizzjoni talbet biex minbarra stħarriġ u riċerka mill-Università ta’ Malta, issir mistoqsija speċifika dwar l-Awtiżmu fiċ-ċensiment li jmiss.  

·       L-Oppożizzjoni talbet ukoll li  tiġi diskussa l-issue tat-trasport fost bnedmin bl-awtiżmu, l-aktar meta jiġu biex isibu mpjieg.

·       Ġibdet ukoll l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ LSE’s, Jobcoaches u terapisti, li jkunu jistgħu jiffaċilitaw il-ħajja ta’ dawn, fl-inqas tbatija possibbli.

·       Li l-Gvern jara li s-servizz tat-terapija mis-CDAU ma jibqax on-line, minħabba li din tkun ta’ telfa kbira fl-iżvilupp tal-klijenti msemmija.   Is-servizz qed jingħata on-line fuq struzzjonijiet mid-Dipartiment tas-Saħħa.

·       Fost punti oħrajn l-Oppożizzjoni talbet ukoll li tkompli tiltaqa’ fil-kumitat ma’ NGO’s f’ pajjiżna, fosthom mal-Federazzjoni tal-għaqdiet għal persuni b’biżabilità u anki mal-NGO dwar l-HDHD, id-Down Syndrome u oħrajn, biex minbarra li l-membri jkomplu jinfurmaw ruħhom, imma jkomplu jissettjaw l-aġenda u jkunu pro-attivi fl-għajxien tal-persuni b’ biżabilità.   

Dawn il-punti u oħrajn li membri tal-Oppożizzjoni tkellmu dwarhom ġew mitluba biex b’mod immedjat tittieħed azzjoni minnufih, biex il-ġenituri ma jħossuhomx mitlufa, iżda għal kuntrarju jħossu li s-soċjetà qiegħda tismagħhom u tifhem il-karba kontinwa tagħhom;  l-aktar minħabba li b’ din il-kundizzjoni u l-imġieba ta’ wliedhom, il-ġenituri spiss ikunu eżawriti u li b’hekk ma jkunux jistgħu ikomplu b’ ħajjithom b’ mod normali.