Lokali

AQRA: It-12-il proposta tal-PN favur inklużjoni akbar tan-nisa fis-soċjetà

12-il proposta li se jsaħħu s-sehem tal-mara fis-soċjetà… 12-il proposta mfassla biex jagħtu appoġġ u taħriġ… politika li tibbaża fuq l-inklużjoni ta’ nazzjon sħiħ.

Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għad-Drittijiet Umani Therese Comodini Cachia qalet li l-għan ta’ dawn il-miżuri huwa sabiex tkun iktar faċli għalihom li jidħlu fil-ħajja pubblika mingħajr xkiel. Dan sabiex ikun assigurat li l-policies ta’ pajjiżna ikunu magħmula b’ħidma sħisa bejn in-nisa u l-irġiel.

B’dawn il-proposti l-Partit Nazzjonalista qed ivara pjan ta’ azzjoni u konsultazzjoni sabiex tkun indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ demokrazija fejn in-nisa u l-irġiel.

Il-proposti li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista jaċċennaw l-importanza li jkunu indirizzati l-problemi  li qed iżommu lin-nisa milli jidħlu fil-politika, fejn l-Ispeaker tal-Kamra għandu jvara eżerċiżżju ta’ awditjar dwar l-ugwaljanza biex naraw għaliex is-sistema Parlamentari ta’ pajjiżna tattira lejha iktar irġiel milli nisa.

Proposta oħra hi li l-Partit Nazzjonalista għandu jsaħħħaħ l-istruttura interna tiegħu fejn tidħol l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Therese Comodini Cachaa saħqet li x-xogħol fil-Parlament għandu jsir f’ambjent fejn ma jkunx hemm bullying u  harresement… u għalhekk għandhom ikunu appuntati żewġ uffiċjali li jieħdu ħsieb li dan iseħħ.

Il-PN qed jipproponi wkoll li jkun hemm emendi fil-kodiċi tal-etika tal-Membri Parlamentari u tal-Kabinett f’dan ir-rigward.

Proposta oħra titkellem fuq l-importanza li jkun hemm taħriġ għal dawk in-nisa u l-irġiel li jkunu jridu jidħlu għal karriera politika. Apparti hekk, dawn għandhom jingħataw shadowing placement mal-uffiċjali tal-partit.

Din l-opportunità għat-taħriġ għandha tingħata wkoll lil dawk il-persuni li diġà qed iservu fil-politika, dan sabiex kull struttura tkun qed tagħti kontribut li tolqot il-bżonnijiet ta’ kulħadd.

Għall-Partit Nazzjonalista huwa essenzjali li  nipromwovu lin-nisa fil-politika, għalhekk għandha tissaħħaħ iktar il-preżenza tan-nisa fil-media.

Quddiem dan kollu il-Partit Nazzjonalista se jkun qed indiedi proċess ta’ konsultazzzjoni mal-istakeholders holdes. Dan għaliex għall-PN huwa importanti ferm li jisma’ lill-professjonisti u lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-interess ta’ pajjiżna.   

Mil-lum stess kull stakeholder jista’ jibgħat is-sottomissjonijiet tiegħu fuq indaqs@pn.org.mt. Se jsiru wkoll laqgħat ma’ stakeholders u għaqdiet sabiex dawn jingħataw vuċi li permezz tagħha huma stess ikunu jistgħu jipparteċipaw fil politika ta’ dan il pajjiż. Din il-konsultazjoni tagħlaq fl- aħħar ta’ April.

Min-naħa tagħha, il-President tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet li minkejja li n-nisa għamlu passi kbar ‘il quddiem xorta għad hemm ħafna xi jsir fil-qasam soċjali u ekonomiku sabiex in-nisa jilħqu l-miri tagħhom.

Hija qalet li matul is-snin Gvern Nazzjonalista ħadem fuq pjan konret għall-avvanz tal-mara… avvan li ġab bidla kbira fil-mentalita u trasformazzjoni sħiħa f’pajjiżna. Iżda minkejja dan kollu llum il-ġurnata l-mara għadha mhux stmata biżżejjed fejn id-dinjità tal- mara għadha mhux rispettata filwaqt li n-nisa mhux rappreżentati biżżejjed fis-soċjeta tagħna.  

Permezz ta’ dawn il-proposti, il-Partit Nazzjonalsita huwa kommess li jsawwar it-triq ‘il quddiem u jixpruna politika favur il-mara.