Lokali

Bernard Grech jiltaqa’ mal-Ambaxxatur tal-Polonja

Malta u l-Polonja ilhom għal snin twal igawdu relazzjoni tajba bejniethom. Dan għaliex it-tnejn għandhom interessi komuni għal qalbhom… dawk li jbiddlu l-Ewropa u l-kumplament tad-dinja għall-aħjar.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta t-Tnejn waranofsinhar kellu laqgħa mal-Ambaxxatur tal-Polonja għal Malta Tomasz Czyszek fid-Dar Ċentrali.

Bernard Grech fakkar kif fi żmien Gvern Nazzjonalista, iż-żewġ pajjiżi ħarsu lejn xulxin b’rispett, filwaqt li tkellem fuq l-importanza li dawn il-pajjiżi jkomplu jsaħħu r-relazzjoni ta’ bejniethom speċjalment permezz tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur tal-Polonja qal li huwa importanti li jkun hemm diskussjoni mal-Partit fl-Oppożizzjoni għax l-Oppoiżizzjoni hija l-Gvern alternattiv. Għal din il-laqgha, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Roselyn Borg Knight.