Kurżitajiet Lokali

ESKLUSSIVA: Illejla waqt PROFILI se jitkellem wieħed mill-piloti Libjani li ġie f’pajjiżna

Illejla l-programm PROFILI se jkompli bit-tieni parti tal-intervista flimkien ma’ Lawrence Gonzi hekk kif fost ħafna temi li se jkunu trattati se jitkellem fost l-oħrajn dwar il-kwistjoni fil-Libja u l-ġrajjiet li segwew.

Se jirrakonta l-ewwel mumenti ta’ meta żewġ ajruplani Mirages tal-armata Libjana, kienu niżlu għall-għarrieda f’pajjiżna. Malta minn dak il-mument daħlet fi żmien ta’ tensjoni hekk kif iddaħħlet u ġarrbet l-effetti tal-gwerra ċivili fil-Libja.

Tul il-programm se jitkellem wieħed mill-piloti li kien niżel fil-mitjar ta’ pajjiżna fl-eqqel ta’ din il-kriżi.

L-eks Prim Ministru se jkellimna fuq ir-rebħa elettorali tal-2008, il-kriżi finanzjarja tal-2008, u kif ukoll id-dħul ta’ Malta fiz-zona ewro. Illejla Lawrence Gonzi se jirrakonta wkoll fuq ħajtu wara li rtira mill-politika u se jgħidilna bħalissa kif qed iqatta’ l-ħin.

Il-programm PROFILI ma’ Lawrence Gonzi t-tieni parti, illejla fid-8.45pm fuq NET Television.