Internazzjonali

Fir-Renju Unit: Studenti jirritornaw l-iskola bħala l-ewwel pass fit-triq għan-normalità

Miljuni ta’ tfal fl-Ingilterra jirritornaw l-iskola wara aktar minn xahrejn jistudjaw mid-dar.

L-iskejjel Primarji fetħu l-bibien tagħhom matul il-jum tat-Tnejn, filwaqt li l-iskejjel Sekondarji se jerġgħu jibdew jiftħu aktar tard din il-ġimgħa, fejn l-istudenti ser ikunu qegħdin jagħmlu l-swab test tal-Covid-19 qabel ma jirritornaw l-iskola u ser ikunu qed jilbsu l-maskri fil-klassi.

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson iddeskriva dan ir-ritorn bħala l-ewwel pass importanti lejn “is-sens ta’ normalità” kif ukoll jimmarka l-ewwel stadju tal- “pjan direzzjonali” sabiex l- Ingilterra toħroġ mil-Lockdown nazzjonali, li ilu fis-seħħ mill-bidu ta ‘Jannar.