Lokali Parlament

Għawdex għandu jkun imħares

Kevin Cutajar

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar appella biex din il-ġenerazzjoni ma titniżżilx bħala dik li qerdet il Għawdex; għalhekk jeħtieġ li Għawdex ikun protett mill-bini li tiela’ kontiwnament.

Fil-parlament Kevin Cutajar sellem lin-nisa f’Jum il-Mara u qal li s-sindki kollha ta’ Għawdex ħadu pożizzjoni kontra l-iżvilupp bla rażan li qed isir f’Għawdex.

Il-parlament ma jistax jinjora dak li qed ieħħ f’Għawdex għaliex it-territorju ta’ Għawdex qed jitnaqqar kontinwament. Il-pajjiż iddeċieda wkoll li jisplodi l-popolazzjoni tal-pajjiż, sostna Kevin Cutajar, li appella lill-Gvern biex jerġa’ jikkunsidra din il-politika li imbarka fuqha.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-probelma hi tal-Għawdxin kollha li jridu jifhmu li l-gżira ta’ Għawdex trid tkun imħarsa.