Coronavirus Lokali

FILMAT: Ħadd ma jrid jagħmel apoloġija

Il-Prim Ministru Robert Abela spiċċa jinsa x’qal hu stess ftit tax-xhur ilu… meta f’Novembru kien wiegħed li mill-bidu tas-sena kellna nibdew bin-normalita’ wara d-daqqa tal-pandemija.

Għad-domandi ta’ Net News qabel daħal Kastilja kmieni t-Tnejn filgħodu, Abela qalilna illi mhux veru kien semma’ Jannar bħala l-bidu tat-triq lejn in-normalita’.

L-istess Robert Abela kien stqarr li minn Mejju se nkunu ‘business as usual’ … iżda anke hawn, ħarab milli jwieġeb.

Fil-kummenti li għadda lil dan l-istazzjon qabel il-laqgħa tal-Kabinett, Robert Abela ħass li m’għandux jiskuża ruħu man-nies dwar in-normalità li kien wiegħed, u dwar il-mewġ li għalih ma kienx jeżisti.

L-istess wieġbu diversi Ministri – ħadd ma ħass li għandu jagħmel apoloġija mal-poplu.