Coronavirus Edukazzjoni Lokali

Hemm edukaturi li għadhom ma ħadux tilqima – MUT

L-MUT hija infurmata dwar il-fatt li hemm numru ta’ edukaturi li għadhom ma rċevewx l-istedina għall-vaċċin.

Għaldaqstant, f’laqgħa mal-Prof. Gauci, l-MUT flimkien ma’ rappreżentanti tal-iskejjel tal-istat, Knisja u Indpendenti, ġiet elenkata lista ta’ skejjel fejn il-proċess għadu ma bediex. Dan bil-għan li l-awtoritajiet jieħdu nota ħalli l-proċess jinbeda hemm ukoll mill-aktar fis.

L-MUT qed tagħmilha ċara li jekk il-pariri mill-esperti juru li hemm bżonn tittieħed xi tip ta’ azzjoni, jekk il-politiċi jonqsu milli jiħduhom sfortunatament ma jifdal l-ebda triq ħlief li l-MUT tieħdu l-passi li hemm bżonn kif dejjem għamlet.