Lokali Parlament

Il-Kap tal-PN jiċħad u jisfida lil Chris Fearne isemmi l-allegati ismijiet tad-deputati Nazzjonalisti

https://www.facebook.com/NetNewsMalta/posts/10159514608164026

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech llum ċaħad l-allegazzjoni tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li żewġ deputati Nazzjonalisti kienu talbuh biex iqabbżu l-kju għall-vaċċin tal-COVID-19 u sfida lill-istess Chris Fearne biex isemmi l-ismijiet ta’ dawn id-deputati.

Minkejja li kien preżenti fil-parlament id-Deputat Prim Ministru Cjris Fearne ma semmiex dawn id-deputati Nazzjonalisti.

Din l-isfida l-Kap tal-PN Bernard Grech għamilha wara żewġ rulings mgħotija mill-Ispeaker Anġlu Farrigia dwar il-każ.

Fl-ewwel ruling l-Ispeaker irrifera għas-seduta tat-2 ta’ Maru 2021 fejn il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajr kien ressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ wara li d-Deputat Prim Ministru kien qal li kellu komunikazzjoni ma’ żewġ deputati Nazzjonalist biex dawn jaqbżu l-kju għall-vaċċin tal-COVID-19.

Id-Deputat Prim Ministru Fearne kien allega li anki kellu messaġġi dwar talbiet minn deputati Nazzjonalisti, għall-familjari tagħhom u għall-ħbieb tagħhom. Dwar dan kienet intervjeniet id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li sostniet li hi qatt ma talbet li tieħu l-vaċċin iżda xi ħadd kien avvniċaha biex taqbeż il-kju iżda hi rrifjutat. Chris Fearne kien qal li kien tkellem mal-Kap tal-Oppożizzjoni.

L-Ispeaker qal li l-kwistjoni ma tqanqlitx fl-ewwel okkażjoni meta kellha titressaq skont ir-regoli tal-Kamra u għalhekk ma setgħetx tesprimi ruħha dwar jekk hemmx każ ta’ ksur ta’ privileġġ. Il-kwistjoni tqanqlet fit-2 ta’ Marzu 2021 u għalhekk kellha titressaq dakinhar. Il-każ ta’ ksur ta’ privileġġ ma kienx milqugħ.

F’ruling ieħor ingħata dwar dak li seħħ fis-seduta tat-3 ta’ Marzu 2021 meta l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien ressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ dwar dak li kien intqal bejnu u bejn id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar l-allegazzjoni li xi deputati Nazzjonalisti kienu kellmuh biex iqabbżu l-kju għall-vaċċin.

Dakinhar il-Kap tal-PN Bernard Grech kien qal li lid-Deputat Prim Ministru ma kienx qallu għal min kien qed jirriferi u żied li d-Deputat Prim Ministru kien semmielu żewġ deputati. Hu qal li d-deputati kollha tal-PN kienu ċaħdu li avviċinaw lid-Deputat Prim Ministru biex iqabbżu l-kju.

Fid-deċiżjoni tiegħu l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-mozzjoni ta’ ksur tal-privileġġ tressqet fl-ewwel okkażjoni u għalhekk hi skont ir-regoli. Hu kompla li r-regoli jispeċifikaw li l-akkużi jridu jkunu kontra persuni identifikabbli u speċifikat li Chris Fearne għadda żewġ isimijiet iżda dawn mhux identifikati għax ma ssemmewx.

Għalhekk minħabba li l-ebda membru ma ssemma l-Ispeaker ddikjara li ma jistax ikun dikjarat ksur ta’ privileġġ.

Is-Sedja tħoss li d-deputati għandhom jingħataw b’mod immedjat il-vaċċin kif ingħataw setturi oħra tal-popolazzjoni.

Il-Prim Ministru Robert Abela ikkummenta li għandu rispett lejn ir-ruling iżda ma jħossx li għandu jingħata preċedenza fuq min jeħtieġ il-vaċċin b’aktar preċedenza minnu. Hu qal li kien se jistenna skont il-pjan ta’ vaċċinazzjoni.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li kien se jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker għaliex dak li hu talab mhux dak li kien riferut għalih fir-ruling għaliex hu kien qed jirreferi għall-konversazzjoni mad-Deputat Prim Ministru.

Hu ċaħad li xi deputat Nazzjonalista talab biex jinqabeż il-kju u hu evidenti li dan mhux minnu tant li ma nġiebet ebda prova inkluż l-allegati messaġġi li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li għandu. Hu sfida lid-Deputat Prim Ministru biex jekk irid isemmi l-ismijiet tad-deputati Nazzjonalisti u sostna li lanqas huma ma jridu l-vaċċin qabel imisshom għaliex ma jridux ikunu parteċipi f’sistema imbgħabsa biex ikunu akkwistati l-voti.

Id-deputat Nazzjonalista David Thake ressaq ksur ta’ privieġġ fil-konfront tad-Deputat Prim Ministru jekk hu mhux se jirtira l-kliem li qal fil-konfront tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kollu.