Lokali Parlament

Inċertezza kbira fost in-negozji, il-bdiewa u r-raħħala; is-sitwazzjoni mhix taħt kontroll

Arkivji

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal fil-parlament li teżisti inċertezza kbar fost in-negozji, il-bdiewa u r-raħħala; is-sitwazzjoni mhix taħt kontroll.

Fl-Aġġornament Edwin Vassallo qal li n-negozju żgħar tal-agro industrija qed kun milqut mill-pandemija COVID-19 b’mod qawwi minħabba li ħadd ma jimpurtah mill-kobor ta’ din il-problema.

Hu sostna li anki l-bdiewa, ir-raħħala u s-sidien tal-ħwienet qed jgħidu li l-għajnuna tal-Gvern mhix se tagħmel tajjeb għall-kirjiet u s-self li għandhom mal-banek.

Is-sussidju tal-Gvern huma ferm inqas minn dak li qed jgħid il-Gvern u jrid ikunsidrat li l-ispejjeż qed jiżdiedu waqt li x-xogħol wieqaf. In-nies qed jixtru biss il-bżonn iżda l-ispejjeż iridu jitħallsu. Il-ħwienet ingħalqu waqt li kulħadd qed jagħmel li jrid waqt li n-numri tal-persuni bil-COVID xorta komplew jiżdiedu.

Hu qal li l-Gvern qed jidbel il-pożizzjoni tiegħu fi żmien ġimgħa u wara li n-negozjanti jkunu xtraw il-konsenji u l-prodotti; il-Gvern issa se jagħti biss €1,000 f’kumpens.

In-negozjanti ma jafux kif se jippjanaw propju minħabba l-inċertezza tal-Gvern; ir-raħħala għandhom problemi minħabba li m’hemmx domanda. Il-bdiewa wkoll għandhom problemi kbar minħabba li hawn iqnas bejgħ u iktar provvista.