Futbol Sport

Inter jegħlbu ostaklu ieħor

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio San Siro, Inter irnexxielhom jegħlbu ostaklu ieħor hekk kif għelbu lil Atalanta 1-0 biex b’hekk żammew is-sitt punti vantaġġ fuq Milan. Wara li l-ewwel taqsima kienet waħda bilanċjata, kienu Inter li ħarġu l-aħjar fit-tieni taqsima u fetħu l-iskor fl-54 minuta meta wara li rċieva mingħand Alessandro Bastoni, kien MILAN SKRINIAR li kkonkluda għal wara Sportiello, b’dan il-gowl ikun l-unika wieħed matul din il-partita b’Inter ikomplu jsaħħu t-tamiet li jirbħu l-ewwel kampjonat wara ħdax-il sena.