Lokali Parlament

Issellem lil Daphne f’Jum il-Mara; ġabet nisa u irġiel flimkien

Therese Comodini Cachia, PN

F’Jum il-Mara, id-deputat Nazzjonalista Therse Comodini Cachia sellmet lill-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia u rrikonoxxiet il-ħidma li wettqet bil-ġurnaliżmu investigattvi tagħha.

Fil-parlament Therese Comodini Cachia faħħret il-ħidma li wettqet Daphne Caruana Galizia li nqatlet bl-aktar mod brutali u sostniet li Daphne kienet weħidha iżda ġabet nisa u rġiel flimkien biex ikomplu xogħlha.

Dawn huma n-nisa ta’ Occupy Justice, in-nisa ġurnalisti u n-nisa fil-politika li qamu għas-sejħa tal-pajjiż. Minkejja dan il-qtil, dawn in-nisa għadhom jiġu attakkati b’mod sessist iżda minkejja li dawn żdiedu xorta m’humiex biżżejjed.

Hemm ukoll irġiel kuraġġjużi li fehmu l-attiviżmu tagħhom f’Repubblika u fil-politika; il-ħidma li bdiet Daphne Caruana Galizia. Id-deputat Nazzjonalista qalet li dawn in-nisa qed jiġu mgħajra li huma tajbin biss għal Strada Stretta u sostniet li l-Gvern innormalizza l-attakki fuq in-nisa u fuq l-irġiel li jingħaqdu magħhom għax wettaq attakki fuq Daphne.

Therese Comodini Cachia sellmet lin-nisa fi-soċjetà b’mod partikolari lill-front liners fis-settur tas-saħħa.