Lokali Parlament

James Caterers ħatja ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-NAO

Il-kumpanija James Caterers instabet ħatja ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Awditur Ġenerali (NAO) wara ittra li l-kumpanija kitbet lill-Awditur dwar investigazzjoni li l-Uffiċċju qed jagħmel fil-kuntest ta’ offerta ta’ servizzi li James Caterers jipprovdi lir-Residenza San Vinċenz.

Il-każ tressaq fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) li saret l-Erbgħa 3 ta’ Marzu 2021 korrispondenza dwar kuntratt li ngħata lil James Caterers għal provvista lil San Vinċenz fejn il-kumpanija lmentat li qed ikun trattat ħażin fl-investigazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali.

James Caterers żammew lill-Awditur Ġenerali responsbbli għal kull danni li jistgħu jsegwu. Min-naħa tiegħu l-Awditur Ġenerali, il-kumpanija qed tagħmel pressjoni fuq l-Uffiċċju tal-Awditur u appellaw biex l-akkużi li saru minn James Caterers ikunu irtirati. Dwar din il-korrispondenza intalab ruling mill-Ispeaker tal-Kamra dwar jekk l-ittra tikkostitwix każ ta’ ksur ta’ privileġġ.

L-Ispeaker rrifera għall-ittra ta’ James Barbara, f’isem James Caterers u għall-istatus parlamentari tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u qal li m’għandux ikun hemm xkiel fil-ħidma tal-Awditur Ġenerali jew ta’ xi xhud li jkun qed jixhed.

L-Ispeaker qal li f’ittra oħra James Caterers qal li kien lest jikkopera mal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u ma kellux skop li jxekkel l-investigazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali. Għalhekk kien deċiż li kien ħati ta’ ksur ta’ privileġġ.