Futbol Sport

Joan Laporta jirritorna bħala President ta’ Barcelona

Joan Laporta sar President ta’ Barcelona wara li rebaħ l-elezzjoni b’aktar minn 54% tal-voti biex bhekk se jkun qed jieħu post Josep Bartomeu. Dan kien ritorn għal Laporta bħala President ta’ Barcelona hekk kif hu kien President bejn l-2003 u l-2010.

B’kollox f’din l-elezzjoni ivvutaw 55,611-il persuna minn 109,531 eleġibbli, b’waħda mill-proposti ewlenin ta’ Laporta tkun li jżomm lil Lionel Messi mal-klasbb wara li kien viċin li jħalli lil Barcelona fi tmiem l-istaġun li għadda.

Fl-ewwel perjodu tiegħu bħala President ta’ Barcelona, Laporta kien akkwista players importanti għal Barcelonda fosthom Ronaldinho u Samuel Eto’o, fejn taħtu Barcelona rebħa darbtejn ic-Champions League, erba’ darbiet La Liga u l-Copa del Rey.