Sport Sport Ieħor

Matthew Magro jirbaħ il-Masters Event

Matthew Magro ta’ 19-il sena rebaħ il-Master Event orgranizzat minn Malta Tenpin Bowling Association. Magro kwalifika għall-istadju finali permezz tat-tielet post flimkien ma’ Mauro Anastasi, Mark Spiteri u Nicholas Muscat. Magħhom kien hemm ukoll Dennis Mercieca, Kaydern Lagana’, Sara Xuereb, Neil Sullivan, Melissa Swift u Rankin Camilleri.

Minn dawn l-10 bowlers, riedu jintgħażlu sitta wara ħames logħbiet, b’Magro jtemm fl-ewwel post fejn kien segwit minn Ananstasi, Lagana’, Swift, Spiteri u Muscat.

Fil-partita finali, Matthew Magro lagħab kontra Mark Spiteri fejn wara li fetaħ vantaġġ komdu, Magro rniexxlu jirkupra tajjeb biex rebaħ dan l-avveniment. B’din ir-rebħa Magro kompla fuq il-bidu b’saħħtu li kellu din is-sena fejn se jkun qed jirrapreżenta lil Malta fil-Mediterranean Championships flimkien ma’ Kayden Lagana’, Sue Abela u Cynthia Frendo Duca.