Sport Sport Ieħor

Michael Grech jirbaħ l-kompetizzjoni Horace Micallef

Michael Grech ġie dikjarat rebbieħ tal-kompetizzjoni Horace Micallef fid-dixxiplina tat-Trap għas-sena 2021, waqt li John Marmara ġie t-tieni filwaqt li Frank Skorfna spiċċa t-tielet fil-klassifika finali.

Din il-kompetizzjoni saret fir-range ta’ Southern Shooting Club Ħal Far, fuq 50 plattina, segwita mill-Finali.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu: Michael Grech b’total ta’ 43/50; Charlie Briffa 42/50; John Marmara 41/50 +3 shoot off; Jacob Attard 41/50 +2 shoot off; Frank Skorfna 40/50 +1 shoot off; Christian Schembri 40/50.

Ir-riżultati uffiċjali wara l-Finali kienu: Michael Grech 34/50, John Marmara 33/50, Frank Skorfna 26/40, Christian Schembri 22/35, Jacob Attard 16/30, Charlie Briffa 12/25