Lokali

Persuna se tkun tista’ tiekol u tixrob barra dment li tkun bilqiegħda

Ftit tal-ħin ilu l-Awtoritajiet tas-Saħħa kkonfermaw li se jiġi aġġornat Avviż Legali li permezz tiegħu l-persuni se jkunu jistgħu jieklu, jixorbu u jpejpu barra. Però dan jista’ jsir bil-kundizzjoni li l-persuna ma tkunx miexja.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa għamluha ċara li l-maskra se tkun tista’ titneħħa b’mod temporanju biss jekk il-persuna tkun qed tiekol jew tpejjep iżda mhux waqt li tkun qed timxi.

Il-Ħamis li għadda tħabbru miżuri ġodda fosthom li se jingħalqu r-ristoranti sal-11 ta’ April.