Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ bil-mutur

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 47 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-9.50 fi Triq Vjal l-Indipendenza l-Mosta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.