Futbol Sport

“Se niġġieled biex nilgħabu fl-Ewropa”- Joseph Portelli, President ta’ Ħamrun Spartans

F’intervistà fuq wieħed mill-istazzjonijiet tar-radju lokali, l-President il-ġdid ta’ Ħamrun Spartans Joseph Portelli qal li se jkun qed jiġġieled b’kull mod possibli biex Ħamrun Spartans jilgħabu fl-Ewropa jekk jirnexxielhom jikkwalifikaw.

Portelli tenna li lest jiġġieled din il-kwistjoni anke fil-qrati jekk il-FIFA ma taċċettax li Ħamrun jikkompetu f’kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġun li ġej. Fl-istess intervistà, Portelli appella biex il-partitarji ta’ Ħamrun jibqgħu jiċċelebraw fi djarhom wara l-partiti tal-istess tim sabiex jiġu rispetatti l-miżuri tas-saħħa b’rabta mal-COVID-19.

Il-President ta’ Ħamrun qal li jixtieq li s-suq ta’ kemm jistgħu jilgħabu players barranin fil-Kampjonat BOV Premier ikun wieħed miftuħ. Portelli wiegħed li se jkun qed jibni ground ġdid għall-klabb ta’ Ħamrun u tenna wkoll il-ħolma tiegħu li t-tim ta’ Ħamrun jirnexxielu jasal sa stadji avvanzati tal-UEFA Champions League.