Lokali

Sejħiet pubbliċi għal ingaġġi ġodda fid-Dipartiment tad-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirrekluta numru ta’ Assistenti tad-Dwana u Fizzjali tad-Dwana ġodda miegħu. 

Għal din ir-raġuni, is-Segretarju Permanenti, fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u l-Impjiegi, se jkun qed  jilqa’ applikazzjonijiet għall-postijiet imsemmija hawn fuq ta’ Fizzjal tad-Dwana, mil-lum il-Ġimgħa, 5 ta’ Marzu sa nhar it-Tnejn, 22 ta’ Marzu, fil 5:15pm. 

Dispożizzjonijiet ġenerali dawn is-sejħiet għall-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aċċessati permezz tas-sit elettroniku tad-Diviżjoni dwar Nies u Standards fl-indirizz: https://recruitmentintra.gov.mt/generalprovisions/GeneralProvisionsMT.pdf jew jinkisbu minn recruitment.mfe@gov.mt

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi, għall-attenzjoni tat-Taqsima tar-Reklutaġġ, Ministeru għall-Finanzi u l-Impjiegi permezz tal-Portal tar-Reklutaġġ tal-Gvern fl-indirizz https://recruitment.gov.mt