Mara mill-Veneżwela ta’ 42 sena ġiet kkundannata 10 snin ħabs u mmultata €25,000 wara li ammettiet flok għaddiet ġuri li kkonfoffat ma’ raġel minn pajjiżha biex tiġi mportata f’Malta ftit aktar minn kilo droga kokaina. Jekk il-multa ma titħallasx hija jkollha tagħmel sena ħabs addizzjonali.
Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Consueloi Scerri semgħet li mill-investigazzjoni rriżulta li fil-ġranet ta’ qabel kif ukoll nhar 20 ta’ Nvembru 2016 Geraldine Mora Huizi ddeċidiet li tassoċja ruħha ma persuni oħra bil-għan li tittraffika d-droga kokaina.
Dan il-pjan kien wieħed maħsub billi l-mara marret São Paolo l-Brażil fejn iltaqgħet ma’ diversi persuni fosthom ma’ ċertu David Rafael Castillo fejn hemmhekk ġew mgħoddija lilha mal-100 kapsola kontententi sustanza tad-droga kokaina bil-għan illi timportaha u tikkonsenjaha ġewwa Malta għall-fini ta’ traffikar.
Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li Geraldine Mora Huizi l-ewwel siefret lejn il-Brażil, fejn hemmhekk belgħet l-imsemmija kapsoli bil-għan illi taħbi u taħżen l-imsemmija droga.
Fid-19 ta’ Novembru tal-2016 minn São Paolo siefret lejn l-Isvizzera b’titjra LX0093 ta’ Swiss Air flimkien ma’ David Rafael Castillo li bħalha kellu d-droga maħżuna f’ġismu u l-għada 20 ta’ Novembru minn Zurich qabdet it-titjira KM491 tal-Air Malta għal Malta.
Hija ngħatat telefon ċellulari bil-għan illi tkun tista’ tikkommunika mal-persuni l-oħra mal-wasla tagħha ġewwa Malta. Minn aktar stħarriġ irriżulta li David Rafael Castillo wkoll kienet qabdet titjira lejn Malta fl-20 ta’ Novembru tal-2016 minn Zurich, iżda b’titjira LX2596 tas-SwissAir, fil-fatt din l-aħħar titjira waslet Malta qabel it-titjra tal-Air Malta.
Kien fl-istess ġurnata li l-Pulizija ta’ l-iskwadra ta’ kontra d-droga interċettat lil David Rafael Castillo mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta’ Malta fejn mill-effetti personali tiegħu irriżulta li huwa seta kien ibbukja ġewwa l-lukanda Bugibba Hotel sitwata fi Triq It-Turisti fil-Qawra.
Il-Pulizija ddeċidiet li tmur fl-imsemmija lukanda bil-għan illi jikkonfermaw jekk kinitx marret xi persuna ssaqsi għal David Rafael Castillo fejn irriżulta li dak in-nhar stess kienet daħlet mara ta’ nazzjonalità Venezwelana bħala ‘walk in’ fejn skont l-impjegati tal-lukanda kienet tidher kemmxejn aġitata fejn dawna kkonfermaw li kienet qed tagħmel użu tal-kamra 212.
Malli l-Pulizija aċċediet f’din il-kamra huma sabu lil Geraldine Mora Huizi fejn irriżulta li fil-fatt kienet diġa rriġettat xi kapsoli. Malli stabbilit dan il-fatt il-Pulizija għaddiet għall-arrest tal-akkużata, ingħatawla s-soliti drittijiet u twissijiet kif ukoll bħala prekawzjoni ġie deċiż oltre sabiex tittieħdet l-isptar Mater Dei sabiex tiġi eżaminata permezz ta’ X Ray bil-kunsens tagħha.
Minn tali eżami rriżulta li kellha oġġetti estraneji u għalhekk ġie deċiż li tinżamm l-isptar għal aktar osservazzjoni. Kemm damet l-isptar hija baqgħet tirriġetta numru konsiderevoli ta’ kapsoli.
Bħala kapsoli b’kollox ġew elevati 93 waħda li ġew mgħoddija lill-espert spiżjar għal eżamijiet fil-laboratorju. Skont il-mara l-kumplament tal-kapsoli rriġettathom meta kienet għadha Zurich.
Mill-eżamijiet li saru fuq l-imsemmija kapsoli ġie kkonfermat li kienu jikkontjenu s-sustanza tal-kokaina fejn il-piż totali kien dak ta’ ftit aktar minn kilo, b’purita ta’ madwar 38% b’valur fis-suq dak iż-żmien ta’ €68 kull gramma għal total ta’ €69,408.28.
Għaldaqstant b’għemilha l-akkużata Geraldine Mora Huizi saret ħatja talli assoċjat ruħha flimkien u ma’ xi persuna jew persuni oħra f’dawn il-Gżejjer jew barra minn dawn il-Gżejjer sabiex jimportaw, ibiegħu jew jitraffikaw d-droga kokaina, jew li ppromwoviet, ikkonstitwixxiet, organizzat jew iffinanzjat din l-assoċazzjoni.
//= $special ?>