Futbol Sport

Bejn illum u għada jkunu magħrufa l-ewwel timijiet fil-kwartifinali

Bejn illum u għada jkunu magħrufa l-ewwel timijiet fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League hekk kif jintlagħabu t-tieni legs.

Illejla fl-Allianz Stadium, Juventus jilgħabu kontra Porto fejn it-tim mill-Portugall jibda b’vantaġġ ta’ 2-1 wara r-rebħa li kisbu fuq Juventus fl-ewwel leg.

Fil-partita l-oħra, Borussia Dortmund jilgħqu lil Sevilla, b’Dortmund jibdew b’vantaġġ ta’ 3-2, b’Sevilla jikkuntentaw b’riżultat ta’ 1-0 biex jikkwalifikaw.

Għada, Liverpool f’Anfield jilgħabu kontra RB Leipzig, bir-Reds jibdew b’vantaġġ komdu ta’ 2-0 filwaqt li fil-Parc des Princes, PSG jilgħabu kontra Barcelona bil-Franċiżi huma l-favoriti li jikkwalifikaw hekk kif fl-ewwel leg rebħu bl-aktar mod konvinċenti 4-1.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illum: Juventus v Porto 9.00pm, B. Dortmund v Sevilla 9.00pm Għada: Liverpool v RB Leipzig 9.00pm, PSG v Barcelona 9.00pm