Futbol Sport

Borussia Dortmund fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League

(Ritratt: EPA)

Borussia Dortmund kwalifikaw għall-kwartifinali tal-UEFA Champions League minkejja li temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Sevilla, b’Dortmund jirbħu l-ewwel leg 3-2 biex b’hekk kwalifikaw b’aggregate ta’ 5-4.

ERLING HAALAND fetaħ l-iskor għal Dortmund fil-35 minuta, bl-istess player jirdoppja fl-54 minuta fejn wara li kellu gowl imħassar, ir-referre ordna penalty għal foul preċidenti, bl-ewwel penalty ikun salvat minn Kounde, bir-referee jagħżel li l-penalty jerġa jingħata b’HAALAND din id-darba ma jiżbaljax għal 2-0.

Sevilla naqqsu l-iskor fid-69 minuta permezz ta’ penalty ta’ YOUSSEF EN-NESYRI, biex lejn it-tmiem l-istess player għamilhom 2-2 b’Dortmund jikkwalifikaw wara li rebħu l-ewwel leg fi Spanja.