Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Imut raġel f’daru – 248 każ ġdid

Huma 248 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn it-Tnejn u Tlieta

Din iċ-ċifra ttella’ għal 24,847 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 390 persuna biex issa huma 21,477 dawk il-persuni li fiequ.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie spjegat ukoll li fl-aħħar 24 siegħa tilef ħajtu raġel ta’ 88 sena f’daru stess, kawża tal-Covid-19 Għaldaqstant it-total ta’ vittmi f’pajjiżna huwa dak ta’ 335.

B’hekk, il-każi attivi qed jammontaw għal 3,035.

Dan filwaqt li sal-jum tat-Tnejn ingħataw 34,181 vaċċin tat-tieni doża.