Exiles irnexxielhom iġeddu l-kuntratt ta’ żewġ plejers importanti fit-tim, eżempju ċar li qed jikkonservaw dak li diġà għandhom. Il-gowlkiper Matthew Castillo u Mark Fenech it-tnejn ġeddew il-kuntratt sa tmiem l-istaġun tal-2025.
Mark Fenech ingħaqad ma’ Exiles mingħand Sliema fl-2018 u minn dakinhar kiseb post regolari fit-tim. Il-kwalitajiet tiegħu bħala xellugi fuq in-naħa leminija tal-pitch għenuh biex isir wieħed mill-pedini importanti fit-tim tant li fl-istaġun li għadda, sab ix-xibka kważi f’kull logħba li lagħab.
Matthew Castillo li wkoll għandu 24 sena, ingħaqad ma’ Exiles fl-2017 wara perjodu qasir bħala riserva ta’ Alan Borg Cole. Minn meta ngħaqad magħhom, Castillo dejjem żamm postu u ddefenda bi bravura l-lasta tat-tim tiegħu, speċjalment fil-perċentwal ta’ penalties salvati.
Dawn l-aħbarijiet jinżlu tajjeb mal-kowċ il-ġdid Aurelien Cousin, li fit-tieni esperjenza tiegħu bħala kowċ mal-klabb, għandu l-għan li jsaħħaħ dak li kien hemm diġà. Fl-aħħar xhur, il-klabb immexxi mill-President ħabrieki Andrew Paris, ġedded il-kuntratt tal-veteran Timmy Sullivan, Simon Apap u Philip Paris filwaqt li akkwista liż-żgħażagħ David Fenech, Niall Saliba u Max Aquilina li kollha ffirmaw kuntratt ta’ erba’ snin.
//= $special ?>