Lokali

Għaqdiet anti-mafja jeħduha kontra Robert Abela

L-ebda azzjoni ma tiskuża li l-Gvern Malti u min jirrappreżentah jagħmel sarima ma’ ħalq organizzazzjoni bil-għan li jfixklu l-libertà tal-espressjoni f’Malta.

Hekk ingħad fi stqarrija konġunta bejn l-Organizzazzjoni Anti-Mafia Taljana Libera flimkien man-network Ewropew Chance, fejn matulha esprimew solidarjetà mal-NGO Maltija Repubblika.

Dan wara li l-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji Anthony Abela Medici spiċċa jhedded l-eżistenza ta’ din l-għaqda magħmula mis-soċjetà ċivili hekk kif spiċċaw mhedda finanzjarjament.

Libera, flimkien ma’ Chance, saħqu li l-iskop tal-organizzazzjoni Maltija hija li ssir ġustizzja mal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u mal-familja tagħha.

Għaldaqstant huma kkundannaw din l-intimidazzjoni anti-demokratika u appellaw lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex jieħu pass lura minn dan l-attakk li qed iwassal għal theddid fuq is-soċjetà u l-libertà ċivili.