Coronavirus Internazzjonali

Gżira Mediterranja tiddikjara rebħa kontra l-Covid

Il-gżira Griega ta’ Kastellorizo ħelset mill-pandemija. Dan hekk kif il-500 ċittadin tal-gżira ġew imlaqqma kollha kemm huma.

Sa minn Marzu 2020 kellhom każ uniku biss tal-Covid-19, bil-pazjent infettat ikun immedjatament iżolat mingħajr ma laħaq firex il-virus mal-bqija tal-komunità.

Madanakollu bosta huma mħassba dwar l-għajxien tagħhom hekk kif għal din l-aħħar sena din il-gżira turistika ma rat ebda turist. Is-sajjieda saħqu li l-ħut li qed jaqbdu m’għandhom l-ebda valur jekk ħadd ma huwa qiegħed jixtrihom minħabba li s-suq huwa limitat ħafna.

Dan filwaqt li s-Sindku tal-gżira insista li huwa favur iċ-ċertifikat ta’ vaċċinazzjoni sabiex in-nies isiefru għaliex filwaqt li insista li hemm bżonn li t-turiżmu jerġa’ jieħu r-ruħ, ma jrid bl-ebda mod jipperikola s-saħħa taċ-ċittadini tiegħu.