Il-Ministru Michael Farrugia ammetta li ħa t-tilqima tal-Covid u jgħid li għamel dan għax hu jmur iżur lill-anzjani fir-residenzi.
L-anzjani tagħna ilhom ma jaraw lill-għeżież tagħhom sew għal sena sħiħa, imma l-Ministru stqarr ma’ Net News li hu ħa l-vaċċin biex ikun jista jdur mar-residenti.
Minkejja dan l-istess Ministru tal-Anzjani m’għandux idea kemm għad fadal persuni ta’ ‘l fuq minn 80 sena li għadhom qed jistennew il-vaċċin, u spiċċa jgħid li dan ma jaqgħux taħtu.
Il-Ministru Farrugia ammetta li ma kienx jaf kemm fadal anzjani f’dan il-grupp ta’ etajiet li għadhom ma tlaqqmux, u insista li jwieġeb biss dwar l-anzjani fir-residenzi li 10% tagħhom ukoll għadhom qed jistennew.
Staqsejna lil Michael Farrugia, meta l-anzjani tagħna jistgħu jittamaw li jerġgħu jibdew jgħannqu magħhom lill-qraba tagħhom, iżda anke hawn, il-Ministru ma kellux tweġiba ċara li tagħti ftit serħan lill-aktar grupp tas-soċjetà tagħna li s’issa bgħatew f’din il-pandemija.
Intant meta staqsejna lill-Ministru Farrugia kemm hemm Deputati tal-Gvern li bħalu, ġa ħadu l-vaċċin, hu qal li ma jafx.
Sa issa nafu li minbarra Michael Farrugia, ħadu wkoll il-vaċċin id-Deputat Prim Ministru Chris Feare u s-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Konsumatur u t-Tindif Pubbliku Deo Debattista.
//= $special ?>