Lokali Parlament

L-Ispeaker ma jilqax talba għal ksur ta’ privileġġ ieħor dwar l-allegazzjonijiet ta’ Chris Fearne

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia llum ma laqax talba għal ksur ta’ privileġġ imressqa lbieraħ mid-deputat Nazzjonalista David Thake dwar l-allegazzjonjiet imressqa mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li allega li żewġ deputati Nazzjonalisti kienu avviċinawh biex iqabbiżhom il-kju għall-vaċċin tal-COVID-19.

Fir-ruling l-Ispeaker rrefera għar-ruling li ta fil-każ imressaq mill-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar u għal dak imressaq mill-Kap ta-PN Bernard Grech dwar l-istess allegazzjonijiet tad-Deputat Prim Ministru Fearne.

L-Ispeaker qal li bl-istess argumenti li ressaq fir-ruling għat-talba mressqa mill-Kap tal-Oppożizzjoni, ir-ruling tad-deputat David Thake mhux milqugħ.

Ir-raġuni wara d-deċiżjoni tal-Ispekaer kienet li fl-allegazzjoni tiegħu d-Deputat Prim Ministru ma semma’ lill-ebda Nazzjonalista b’ismu.

Id-Deputat Prim Ministru għadu ma ssostanzjax l-allegazzjonijiet tiegħu waqt li l-Kap tal-PN Bernard Grech ddikjara li l-ebda deputat Nazzjonalista ma kien ikkomunika mad-Deputat Prim Ministru u talba li jqabbżu l-kju.