Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li l-pajjiż għandu bżonn liġi li tipproteġi l-vittmi tar-reati u għajnuna biex joħorġu mill-kumplikazzjonijiet tagħhom.
Għalhekk jeħtieġ li d-diversi faxex u liġijiet ikunu magħqud f’liġi waħda minkejja li diġà hemm aġenzija li tieħu ħsieb il-vittmi tar-reati.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-passi li saru mill-2015 ‘l hawn ma kienux dawk li jħallu effett u għalhekk il-liġi trid tkun waħda li taħdem. Hu tkellem dwar il-passi li saru mil-Liġi tal-Ġustizzja Riparattiva u mill-avviż legali dwar il-kumpens lill-vittmi tar-reat
Carm Mifsud Bonnicit tratta wkoll l-effetti fuq il-vittmi tar-reati u r-relazzjoni li jista’ jkun hemm biex il-bniedem li wettaq id-delitt jieħu r-responsabbiltà tiegħu.
Hu tkellem dwar ir-Reġistru tal-Vittmi tar-Reat li għadu lanqas biss hu kompost u l-kumitat bejn il-persuni vittmi u min wettaq ir-reat. L-importanza f’dan kollu hu l-punt ta’ umanità u ċivilità bil-bniedem fid-dimensjoni kollha tiegħu.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-liġi mhix titħaddem kollha f’daqqa u sostna li l-vittmi għandhom ikunu jafu meta se joħorġu mill-ħabs l-aggressuri tagħhom. Jeħtieġ li l-liġijiet isiru aħjar biex jipproteġu lill-vittmi.
Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar il-kumpens għall-vittmi tar-reat u qal li l-Istat qed iħalli l-vittmi tar-reat għal rashom. Hu semma’ wkoll il-każi tas-serq minn kontijiet bankarji ta’ anzjani li jiġu abbużati.
//= $special ?>