Lokali

Jibqgħu ma juru ebda evidenza dwar it-tilqim

Minkejja l-akkużi li għamel id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa fl-aħħar jiem fil-Parlament, huwa car li l-membri tal-Kabinett mhux komdi jiddefendu l-allegazzjonijiet li fajjar Chris Fearne…. allegazzjonijiet li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech  caħad bis-saħħa kollha, filwaqt li sfida lid-Ministru Laburista jgħid min kienu ż-żewġ Deputati.

Wara li Chris Fearne akkuża lill-Oppożizzjoni li żewġ membri minn tagħha talbuh biex jagħtihom il-vaċċin bi priorità, staqsejna lis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat jekk jafx min huma dawn iż-żewġ deputati. U jekk il-PL ghandux provi.

Madankollu u minkejja li staqsejnih għal darba dartejn… Alex Muscat baqa’ jipprova jdawwar il-kliem fuq ir-ruling li ta l-ispeaker – xi ħaġa  li m’għandha xejn x’taqsam ma’ dak li staqsejnih.