Lokali

Jingħalaq temporanjament l-uffiċju ta’ Transport Malta f’Għawdex

Ingħalaq temporanjament l-uffiċju tal-Licensing and Testing ta’ Transport Malta f’Għawdex.

Dan tħabbar minn Transport Malta fejn ġie spjegat li b’effett immedjat dan l-uffiċju ngħalaq bħala miżura protettiva kontra l-Covid-19 u ser ikun qed jibqa’ magħluq sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Ġie spjegat li l-klijenti Għawdxin jistgħu jinqdew mill-uffiċini ta’ Transport Malta f’Raħal Ġdid u Ħal Lija.