Raġel ta’ 37 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vann misjuq minn Malti ta’ 49 sena waqt li kien qiegħed isuq e-kick scooter għall-ħabta tas-7.30 ta’ dalgħodu fi Triq Clarence, Tal-Pietà.
Fuq il-post waslu għadd ta’ Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni fiż-żona filwaqt li tim mediku mill-Isptar Mater Dei taw l-ewwel għajnuna fuq il-post. Iktar tard, il-vittma, ir-raġel ta’ 37 sena mill-Bangladesh ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fejn kompla jingħata l-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

