Futbol Sport

Joachim Low se jħalli lil Ġermanja wara l-Kampjonati Ewropej

Joachim Löw (Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ 61 sena Joachin Low ħabbar li se jkun qed jirriżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali tal-Ġermanja wara l-Kampjonati Ewropej tas-sajf li ġej.

Low ilu kowċ tal-Ġermanja sa mill-2006 wara li ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim wara Jurgen Klinsmann. Low għandu kuntratt sal-2022 iżda ddeċieda li jtemm il-kuntratt sena qabel.

Il-kowċ Ġermaniż irnexxielu jwassal lil Ġermanja għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil u sentejn wara rnexxielu jwassal lil Ġermanja sas-semifinali tal-EURO 2016.

Fost il-favoriti li qed jissemmew li jieħdu post Low bħala kowċ tal-Ġermanja hemm il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp, fejn dan tal-aħħar fil-preżent jinsab taħt pressjoni minħabba r-riżultati negattivi ta’ Liverpool.