Coronavirus Edukazzjoni Lokali

L-istudenti tal-Higher Secondary jiksbu d-dritt li jitgħallmu online

L-istudenti  tal-Giovanni Curmi Higher Secondary se jkunu qed isegwu l-lezzjonjiiet tagħhom b’mod virtwali.

Dan wara li kienu l-istess studenti li biex jissalvagwardjaw saħħithom fl-isfond tas-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna, għamlu pressjoni fuq id-Dipartiment tal-Edukazzjoni sabiex it-tagħlim tagħhom jinqaleb online.

Wara ġimgħat sħaħ ta’ kaos fil-Higher Secondary, b’xeni regolari ta’ studenti jsegwu l-lezzjonijet minn bilqegħda mal-art fil-kurituri tal-iskola, sa fl-aħħar issa l-istudenti se jkunu jistgħu isegwu l-lezzjonijiet tagħhom mid-dar.

Fi stqarrija, il-Union tal-Edukaturi Professjonisti l-UPE esprimiet is-sodisfazzjon tagħhom li rebaħ is-sens komun, kif ukoll faħħar l-inizjattiva tal-istudenti li ħaduha f’idejhom li jsusu għal mod aktar sigur kif ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom.

Il-UPE staqsiet għaliex it-tagħlim online ma ġiex estiż fl-istituzzjnijiet edukattivi kollha, ġaladarba s-sitwazzjoni tal-pandemija hija l-istess kullimkien f’pajjiżna.