Lokali

Membri tal-Gvern ma jwieġbux jekk ħadux il-vaċċin

Wara li Robert Abela qam fil-Parlament it-Tnejn filgħaxija biex jistqarr li hu ma kienx beħsiebu jaqbeż lil ħaddieħor u mhux se jieħu l-vaċċin qabel imissu, id-deputati tiegħu…. kważi kollha…. baqgħu ma wieġbux għall-mistoqsija mibgħuta lilhom minn dan l-istazzjon dwar jekk kienux ħadu il-vaċċin.

Għajr għal 6 deputati… il-bqija tal-membri tal-Gvern, 30, baqgħu jinjorjaw mistoqsijiet dwar jekk huma kienux ingħataw il-vaċċin bi priorità fuq ħaddieħor.. u jekk iva, għaliex.

Quddiem din il-pressjoni evidenti li qed ihoss fuqu il-Prim Ministru, Robert Abela ghazel li jdawwar il-kanuni fuq il-Ministru tas-Sahha Chris Fearne. Ghaliex dan tal-ahhar tlaqqam…filwaqt li Abela qal li mhux se jiehu l-vaccin.

Interessanti l-fatt li Abela tkellem fis-singular – ghalih biss. Mentri l-Oppozizzjoni hija maghquda fuq din it-tema, kif spjega fil-Parlament il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Intant….kienu biss Miriam Dalli, Clyde Caruana u Clayton Bartolo il-Ministri illi fl-ahhar jiem qalulna li ma hadux it-tilqima. Anke l-whip Laburista Glenn Gedingfield wiegeb fin-negattiv, filwaqt li ghall-emails taghna wiegbu biss id-deputat Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.

Joe Mizzi ukoll wiegeb fin-negattiv, filwaqt li Deo Debattista ikkonfermalna li ħa t-tilqima…l-istess kif hadha id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.