Il-Gozo Motocross Association organizzat il-kwarti finali mill-kampjonat tagħha.
Fi Klassi A rajna lil Steve Xuereb, li bil-Honda CRF 250cc akkwista punti massimi fil-klassi tiegħu. Huwa kien segwit minn David Dimech. Mario Cauchi daħal fit-tielet post. Xuereb huwa l-leader f’din il-Klassi.
Imbagħad fi klassi B, Jorn Stellini, championship leader fi klassi B ukoll spiċċa fl-ewwel pożizzjoni. Warajh daħal Biuren Grima, filwaqt li Robert Spiteri akkwista t-tielet post.
Fi Klassi C, William Sant rebaħ l-ewwel post. Huwa kien segwit miz-żagħżugħ Mark Camilleri. Dan kien segwit minn Jurgen Attard. Sadanittant, klassi D ġiet mirbuħa minn Luke Caruana. Warajh daħal Aiden Galea u Chris Tyler Mizzi rispettivament.
Fill-Junior Class ipparteċipaw 5 subien, li għandhom bejn il-ħames u l-ħdax il sena. Zac Tabone, Trysten Theuma, Lucas Tabone, Milos Schembri u Ben Tabone wrew ħila liema bħalha hekk kif din id-darba, taħt il-gwida tal-President tal-assoċċjazzjoni Frank Xuereb, huma daru iċ-ċirkwit sħiħ. Il-parteċipazzjoni ta dawn it-tfal qed twitti t-triq għal aktar parteċipazzjoni minn tfal oġrajn li huma mħajjrin jibdew dan l-isport ferm eċitanti. Hekk kif spiccaw il-kompetizzjonijiet, is-sur Jason Portelli, sid il-JDCycles pprezenta trofej lir-rebbieħa tal-ġurnata lis-sewwieqa rebbieħa, filwaqt li nġabru l-punti tal-kampjonat. Il-GMA tħabbar li s-semi finali ta’ dan il-kampjonat, ser issir fis-11 t’April 2021. Il-kompetizzjonijiet huma maghluqa ghall-pubbliku ngenerali minhabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija. L-għaqda dejjem tħeġġeġ aktar sewwieqa ġodda biex jingħaqdu magħha ħalli jgawdu dan l-isport li sar ferm popolari fil-gżira Għawdxija.
//= $special ?>