Dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista sejjaħ laqgħa urġenti tal-COVID Action Team tal-Partit Nazzjonalista biex ikun diskuss il-pass li jmiss.
Bernard Grech sejjaħ din il-laqgħa fid-dawl ta’ sitwazzjoni ċara ta’ kollass fis-servizzi tas-saħħa kawża tar-rata ta’ infezzjonijiet ġodda tal-COVID-19 li huma dejjem tilgħin.
Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Kap tal-PN qal li “issa huwa evidenti li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tilfu l-kontroll tal-immaniġġjar tal-pandemija frott l-inkompetenza u s-suppervja tagħhom.”
//= $special ?>