Lokali Parlament

Bernard Grech jiċħad li kiser il-kwaratina

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ċaħad allegazzjoni tal-Whip Laburista Glenn Bedingfield li kien kiser il-kwarantina tal-COVID-19.

Din id-dikjarazjzoni l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għamilha wara kummenti fil-ħin tal-mistoqsijiet tas-seduta parlamentari tal-lum.

Wara li d-deputat Laburista Glenn Bedingifled allega li l-Kap tal-PN kiser il-kwaratina, il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li jekk mhux se jirtiraha se jieħu passi kontrih. F’dan l-istadju Glenn Bedingfield qal li ma kienx se jirtira l-allegazzjoni tiegħu.

Il-Kap tal-PN Bernard Gerch sostna li hu qatt ma kien kwaratina u kien ididkjara dan fil-pubbliku. Hu reġa’ jisfida lil Glenn Bedinfield biex jirtira l-allegazzjoni tiegħu u spjega li f’Diċembru hu kellu ordni ta’ kwarantina u dan kien pubbliku, sostna Bernard Grech.

Il-Whip Laburista aċċetta l-ispjega tal-Kap tal-Oppożizzjoni.