Informazzjoni li kiseb Net News tikkonferma li llum mistennija numri rekord ta’ każi ġodda ta’ Covid-19. Dan hekk kif it-testijiet pożittivi fl-aħħar 24 siegħa jidher li qabżu l-400.
Dan is-sit jista’ jikkonferma wkoll li fl-aħħar sigħat kompliet tiżdied il-pressjoni fuq is-swali kollha tal-isptar Mater Dei, speċjalment l-ITU u l-Emerġenza.
B’rabta ma’ din is-sitwazzjoni prekarja tal-Covid-19, il-Union tal-Għalliema (MUT) sejħet lill-media għal konferenza tal-aħbarijiet urġenti li se ssir aktar tard illum stess.
Bħalissa, l-R-Factor jinsab fil-livell ta’ 1.4 bil-biża’ tkun li r-rata ta’ trażmissjoni taf tkompli tiżdied fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>