It-tennista żagħżugħa Francesca Curmi rebħet l-unur tal-Atlas żagħżugħa tax-xahar għall-Frar wara l-prestazzjonijiet mill-aqwa waqt l-ITF Tournament li sar f’Monastir fit-Tuneżija fejn kontra kull mistenni rnexxielha tasal sal-finali.
Matul il-mixja tagħha f’dan it-tournament, Curmi rnexxielha tegħleb bosta tennisti aktar kwotati minnha, biex fil-finali tilfet kontra l-Pollakka Weronika Falkowska.
Francesca Curmi bdiet l-isport tat-tennis meta hija kellha l-età ta’ 7 snin u minn hemm il-quddiem hija pparteċipat f’tournaments internazzjonali madwar id-dinja fejn mhux biss għamlet isem għaliha, iżda ukoll għall-pajjiżha. Curmi pparteċipat fil-Junior Grand Slams ta’- Roland Garros, Wimbledon, US Open and Australian Open.
Din hija t-tieni sena konsekuttiva li l-Atlas Insurance flimkien mal-Għaqda Gurnalisti Sports qed jisponsorjaw dan l-unur taż-żagħżugħ/a atleta tax-xahar, lil dawk l-atleti li jkunu iddistingwew ruħhom f’diversi dixxiplini sportivi u li fuq kollox għamlu isem għalihom u għall-Malta. L-ewwel unur tas-sena ntrebaħ mill-atleta tat-Tenpin Bowling Kayden Lagana.
//= $special ?>