Gilbert Agius kien preżentat b’mod uffiċjali bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena wara li ħa t-tmexxija tat-tim mingħand Silvio Vella li minn naħa tiegħu ġie appuntat bħala l-kowċ li se jmexxi l-proġett tar-Regional Hubs.
Agius li għandu l-liċenza PRO tal-coaching, qal li jinsab eċitat għal din l-ewwel esperjenza tiegħu bħala kowċ tat-tim nazzjonali hekk kif s’issa l-karriera tiegħu bħala kowċ kienet mal-klabb ta’ Valletta.
“Li nkun parti mill-coaching staff tat-tim nazzjonali Malti, huwa ta’ unur kbir” qal Agius. Gilbert Agius li għandu 47 sena kellu karriera mill-aqwa bħala player fejn lagħab u rebħa bosta unuri prestiġjużi kemm fuq livell personali kif ukoll mat-tim. Hu lagħab ukoll 120 partita mat-tim nazzjonali Malti fejn skorja tmien gowls.
L-ewwel impenn mat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena bħala kowċ se jkun fil-partiti minn Grupp Ċ fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena fejn l-ewwel partita tkun f’Settembru li ġej f’Malta kontra l-Irlanda ta’ Fuq.
//= $special ?>