Wara vot li ttieħed f’Rio De Janeiro, ġied deċiż li l-istadium Maracana, jkun imsemmi Edson Arantes do Nascimento – Rei Pele stadium wara l-leġġenda tal-Brażil Pele u dan ikkonfermat mill-gvernatur ta’ Rio de Janeiro, li approva t-tibdil fl-isem tal-istadium.
Pele rebaħ tliet darbiet it-Tazza tad-Dinja mal-Brażil u fil-Maracana hu skorja l-1,000 gowl tal-karriera tiegħu fl-1969 fejn kien qed jilgħab għal Santos. Fl-istadium Maracana nżammu fost l-oħrajn il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1950 u l-2014 kif ukoll iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tal-2016.
//= $special ?>